Malta qed tagħmel dak kollu possibli sabiex il-Presidenza tkun waħda ta’ suċċess, filfatt il-Programm Nazzjonali issa jinsab fl-istadju ta’ finalizazzjoni. Ix-xogħol leġislattiv li jista’ b’mod konkret iwassal għal titjib fil-ħajja taċ-ċittadini ewropej ser ikun wieħed mill-aspetti l-aktar kruċjali li se jwassal għas-suċċess tal-Presidenza Maltija
Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg waqt żjara fi Strasburgu, li matula iltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz kif ukoll ma’ membri oħra fi ħdan l-istess Parlament Ewropew
Matul il-laqgħa mal-President Schulz, Dr. Borg tkellem dwar it-tħejjijiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE fl-ewwel nofs tal-2017. Is-Segretarju Parlamentari, enfasiżża dwar l-importanza li Malta taħdem mill-viċin mal-Parlament Ewropew sabiex jiġi milħuq ftehim fuq suġġetti varji. F’dan ir-rigward, huwa qal li x-xogħol leġislattiv li jista’ b’mod konkret iwassal għal titjib fil-ħajja taċ-ċittadini ewropej ser ikun wieħed mill-aspetti l-aktar kruċjali li se jwassal għas-suċċess tal-Presidenza Maltija
Waqt li kien qiegħed ġewwa Strasburgu, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg ipparteċipa f’bosta laqgħat ma’ membri tal-istess Parlament Ewropew bil-għan li jkompli jippreżenta il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltja kif ukoll jisma’ l-aspettativi.