Meta fl-1912 it-Titanic ħareġ mill-port għall-vjaġġ tiegħu, ħadd ma seta’ jimmaġina li din se tkun l-aħħar darba li se jarawh fl-aqwa tiegħu, dan hekk kif kienet dik is-sena stess li ġara dak li ġara u sal-lum il-ġurnata għadu fil-qiegħ tal-Oċean Atlantiku. Iżda allavolja ilu aktar minn ċentarju, għad hemm xi fdalijiet minn tiegħu jikkommemoraw dak li darba kien vapur ta’ klassi.
Iżda sfortunatament xjentisti qalu li fi ftit diċenji oħra m’hu se jifdal xejn mit-Titanic, dan hekk kif ftit ftit qed jittiekel.
Meta fl-1985 ġie skopert it-Titanic taħt il-baħar, il-vapur kien għadu f’kundizzjoni tajba, iżda tlettin sena wara ma jistax jingħad l-istess, dan hekk kif xjentisti tawh madwar 14-il sena oħra sakemm ma jibqa’ xejn minnu.
Ir-raġuni għalfejn qed jittiekel hu batterju li jiekol il-ħadid, u li sa ftit ilu x-xjentisti ma kienu jafu xejn dwaru. Iżda ġara li wara riċerka, instab li dan il-battirju kapaċi jgħix f’kundizzjonijiet li l-ebda tip ta’ micro-organiżmu m’hu kapaċi jgħix fih.
Fil-waqt li din is-sejba m’hix waħda pjaċevoli, dan għax se jkunu qed jintilfu bosta vapuri li jagħmlu parti mill-istorja u li spiċċaw fil-qiegħ tal-baħar, sfortunatament m’hemm xejn li x-xjentisti jistgħu jagħmlu. Dan minħabba li hu proċess naturali u rriversabbli.