L-aktar nawfraġju popolari fid-dinja, magħruf bħala dak tat-Titanic, issa ġie żvelat kif qatt ma deher qabel.
Dan hekk kif sar skenjar diġitali tat-Titanic, li jinsab tlett elef u tmien mitt metru taħt il-baħar Atlantiku.
Dan l-iskenjar sar permezz ta’ metodu li jissejjaħ deep-sea mapping.
Dan il-metodu hu wieħed uniku fejn jiġi skenjat il-bastiment kollu u b’hekk jintwera daqslikieku mhux mgħerreq.
Din l-aħbar jaf tixħed aktar dawl dwar x’jaf seħħ lit-Titanic proprju lura fl-1912.