It-timijiet nazzjonali tal-Basketball tal-Irġiel u tan-Nisa għaddew għall-finali tal-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar rispettivi. Iż-żewġ finali isiru llum il-Ħadd.
It-team nazzjonali tan-Nisa għadda għall-finali kontra n-Norveġja wara li s-sibt rebaħ is-semifinali kontra l-Albanija bl-iskor ta’ 75-62.
Sal-intervall il-maltin kienu 41-28 minn fuq. Huma rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 25-17 filwaqt li żammew sod fl-aħħar sessjoni biex finalment ħarġu rebbieħa.
L-aħjar skorer għal Malta kienet Amber Constance Melgoza b’21 punt filwaqt li Kristy Galea u Steffi De Martino bi 15.
Il-finali għad-deheb kontra n-Norveġja issir illejla fit-8.30pm.
Min-naħa l-oħra t-team nazzjonali tal-irġiel irnexxielu jgħaddi għall-finali kontra l-organizzaturi Andorra fis-7.30pm.
Dan hekk kif is-sibt wara nofs-in nhar rebaħ il-logħba tal-aħħar erbgħa kontra Ġibilta’ bl-iskor ta’ 85-79.
It-team malti rebaħ l-ewwel żewġ sessjonijiet 21-20 u 25-16. Fit-tielet sessjoni, l-maltin żiedu l-vantaġġ għal 13-il punt filwaqt li l-aħħar sessjoni kienet waħda kumbattuta. Hawnhekk l-avversarji wettqu reazzjoni tant li lejn l-aħħar naqqsu d-distakk għal 4 punti. Biss logħob tajjeb mill-plejers tagħna rahom jerġgħu ikabbru l-vantaġġ u joħorġu rebbieħa.
San Deguara kien l-aħjar skorer b’25 punt segwiet minn Kurt Cassar bi 15.