Karl Heinz Rummeniege qal li jrid iżid il-kwalità fiċ-Champions League u dan irid jagħmlu billi jeskludi timijiet minn pajjiżi iżgħar minn kompetizzjonijiet bħaċ-Champions League.
Jidher li Rummeniege ma jridx sistema ta’ seeding kuntrarjament għal minn kif tkellem fi żminijiet oħra. Jidher li l-għan ta’ timijiet il-kbar hi li t-32 tim fl-istadju tal-gruppi jkunu iktar attraenti għall-klabbs il-kbar u l-udjenzi tat-televiżjoni madwar il-globu.
Giorgio Marchetti, id-direttur tal-kompetizzjoni tal-UEFA, qal li li sal-aħħar tas-sena irid ikun hemm format ġdid u bħalissa għaddeja konsultazzjoni.
Rummenigge, li huwa ċermen tal-European Club Association, tkellem mal-BILD u qal li l-istadju tal-gruppi kienu iktar attraenti fl-imgħoddi.
“Niftakar fl-1999 meta l-Bayern lagħbu kontra l-Manchester United, Barcelona u Brondby Copenhagen,” qal Rummenigge. Żied jgħid li l-partitajrji mhumiex interessati li jkunu jafu min se jgħaddu wara ftit logħbiet. “Il-partitajrji jridu l-emeozzjonijiet,” qal Rummenigge. Kien hawn li żied li wieħed irid jara kemm kien ġust li ddaħlu l-assoċjazzjonijiet żgħar.