L-Erbgħa it-timijiet tal-Kampjonat Premier Ingliż qablu unanimament li t-taħriġ għandu jitkompla b’mod normali.
Fi stqarrija qalu li t-taħriġ se jsir normali sabiex finalment twassal biex il-kampjonat jitkompla meta jkun żmien aħjar.
Din id-deċizzjoni ttieħdet xorta waħda, hekk kif fl-aħħar żewġ testijiet li saru fl-aħħar jiem instabu tmien plejers u direġenti mill-Kampjonat Premier li huma infettati bil-Coronavirus.
Il-Kampjonat Premier Ingliż twaqqaf ħesrem f’nofs Marzu minħabba l-imxija tal-Coronavirus.