F’artiklu li ppubblikat, it-Times ikkonfermat it-tkeċċija ta’ Ivan Camilleri minn ġurnalist tat-Times.
Il-kumpanija Allied Newspapers li għandha f’idejha t-Times qalet li t-tkeċċija ta’ Camilleri ġiet wara li waslu għall-attenzjoni tagħha diversi fatti riċenti fuq numru ta’ kwistjonijiet.
It-Times qalet li trid tagħmilha ċara li Ivan Camilleri issa m’għadux membru tat-tim editorjali tagħha.
Ivan Camilleri tkeċċa b’rabta ma’ allegat komunikazzjoni li kellu ma’ Yorgen Fenech, lejlet l-attentat tiegħu li jaħrab mill-marina ta’ Portomaso.
Ivan Camilleri kien fl-aħbarijiet xahrejn ilu wkoll wara li ġie rappurtat li deher jisraq oġġetti minn supermarket ewlieni fin-Naxxar.
Dakinhar il-ġurnalist tat-Times kien nqabad fuq cameras tas-sigurtà joħroġ mis-supermarket bla ma jħallas għall-oġġetti li ħa.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/12/20/rapporti-jghidu-li-ivan-camilleri-ghadda-informazzjoni-lil-yorgen-fenech-lejlet-l-arrest/
http://www.one.com.mt/2019/12/20/ivan-camilleri-jattakka-lit-times/