Il-kumpanija Allied Newspapers, li tmexxi t-Times of Malta, sostniet id-deċiżjoni tagħha fl-aħħar snin li tkeċċi lill-ġurnalist Ivan Camilleri.
Dan anke wara li l-Qorti tal-Appell ikkonfermat id-deċiżjoni tat-Tribunal Industrijali li trid tħallas kumpens ta’ €171,000 lil Camilleri.
Il-kumpanija ġġustifikat d-deċiżjoni li kienet ħadet wara l-informazzjoni li kellha dwar serq minn supermarket u l-komunikazzjoni li l-ġurnalist kellu ma’ Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, biex iwissih li kien se jiġi arrestat.
Fuq l-istess aħbar tat-Times, l-istess Ivan Camilleri staqsa jekk l-istqarrija żbaljata u qarsa kinitx inkitbet mill-Kap Editur Herman Grech, mingħajr ma elabora.
Fl-aħħar jiem, sar magħruf li Ivan Camilleri kien qed jinħeba wara numru ta’ rapporti fuq il-midja tal-establishment Nazzjonalista, ix-Shift News.