Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma qal li l-artiklu fil-gazzetta Times of Malta bit-titlu ‘Gas more expensive than interconnector’ u huwa attentat apposta biex il-pubbliku jkun żgwidat.
Ir-rapport jiffoka fuq analiżi ta’ prezzijiet spot u tbassir passati, mingħajr ma ttieħdu inkonsiderazzjoni l-fatti vverifikati mill-Eurostat u diversi aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fl-aħħar snin.
L-istqarrija żiedet tgħid li dawn l-ommissjonijiet mit-Times of Malta jinkludu l-fatt li l-familji Maltin ilhom igawdu mill-irħas prezzijiet fl-Ewropa għal tlett snin.
Dan filwaqt li wara deċenji sħaħ ta’ telf u dejn, l-Enemalta tinsab fuq saqajha u qed tiġġenera dħul biżżejjed biex tinvesti kontinwament f’titjieb tas-servizz u tal-infrastruttura.
Intant, fil-Parlamanet, il-Ministru Joe Mizzi qal li kull ilment dwar il-kontijiet tal-elettriku qed jgħaddih lil min hu kkonċernat biex jagħtuh informazzjoni ħalli mbagħad jikkonsulta.
Huwa assigura l-Kamra li qed jagħti widen għal kull ilment, filwaqt li qal li s-sistema tal-kontijiet ilha minn żmien il-Gvern Nazzjonalista u ma nbidlitx.
Wara l-elfejn u tlettax, kien hemm tnaqqis ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija fit-tariffi tad-dawl u l-ilma.