It-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena spiċċa fir-raba’ post fin-Novaky International Tournament li sar fl-iSlovakkja matul il-ġimgħa li għaddiet. It-tim Malti, immexxi minn Karl Izzo, tilef il-play-off għat-tielet post 21 għal 7 kontra l-qawwa tal-Ungerija. L-aħjar skorer għal Malta kien Jake Muscat bi tliet goals filwaqt li Seb Busuttil skorja żewġ goals, filwaqt li Gabriel Mellilo u Matthew Chircop skurjaw goal kull wieħed.
L-aħjar skorer għal Malta kien Jake Muscat fejn skorja xejn anqas minn 20 goal.
Fis-semi finali Malta tilfet kontra l-Georgja 7 – 5.
Dan it-tournament bla dubju kien importanti ħafna bit-tħejjija għall-Kampjonati Ewropej li se jsiru fi tmiem din il-ġimgħa fil-Pixxina Nazzjonali f’tal-Qroqq. Malta, f’dan it-tournament, se tilgħab f’Grupp A kontra l-Greċja, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u l-Iżvizzera.