It-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ taħt il-ħmistax-il sena, kiseb rebħa storika u importanti fil-Kampjonat Ewropew taż-Żgħażagħ fil-Portugall meta fil-play-off għall-pożizzjonijiet finali għeleb lil Ġorġja bl-iskor kbir ta’ 21 għal 8.
It-tim immexxi mill-kowċ Anthony Farrugia rebaħ is-sessjonijiet kollha, rispettivament: 4-3, 4-1, 6-1 u 7-3.
L-aqwa scorer ghal Malta kien Jayden Cutajar bi tmien goals. Segwew Jayden Cassar u Elijah Schembri b’hat-trick u Zak Cutajar Licari b’żewġ goals.
Goal kull wieħed ġew skurjati minn: Luigi Dimech, Gabriel Bonavia, Dean Bugeja, Cain Cutajar u Lee Montebello Brownrigg.
It-tim Malti jerġa’ jkun fl-azzjoni għada l-Ġimgħa fl-4:00 ta’ waranofsinnhar fil-logħba għat-13 jew l-14-il post kontra Franza.