Ilbieraħ filgħaxija fil-lukanda Double Tree by Hilton il-Qawra intlagħbu diversi finali mill-kampjonati Ewropej tal-8-ball pool li qed isiru f’Malta.
Fl-azzjoni kien hemm diversi timijiet Maltin bit-tim nazzjonali tal-irġiel kategorija D jirnexxielu jirbaħ il-finali kontra t-tim Irlandiż 8-5 hekk ftit sigħat qabel kienu għelbu lil Franza fis-semi finali 8-3.
It-tim Malti irnexxielu jirbaħ il-grupp bi 22 punt meta rebaħ ħdax mit-tnax-il logħba. Luke Said spiċċa bħala l-aqwa plejer meta rebaħ 28 minn 36 logħba segwit minn Malti ieħor, Warren Falzon b’26 rebħa minn 35 partita. Il-membri l-oħra fit-tim kienu Charles Dwight, Glenn Axiaq, Wedley Zammit, Daniel Paul Grima u Edric Grech.
Ilbieraħ it-Timijiet Malta A, Malta C, Malta Juniors A, Malta Over 50’s B and Malta Over 60’s A sfortunatament tilfu l-finali rispettivi tagħhom.
Il-kampjonat li fetaħ fit-8 ta’ Frar jiġu fi tmiemu llejla.
Illum fl-azzjoni hemm Tonio Mifsud li se jikkontesta s-semi finali kategorija singles over 60 u jekk jirbaħ jilgħab il-finali kmieni wara nofsinhar filwaqt li Steve Muscat se jkun qed jilgħab fis-semi finali tas-singles taħt it-23 sena bil-possibiltà wkoll li jikkontesta l-finali aktar tard.