It-tim nazzjonali tal-hockey immexxi minn Chris Attard telaq lejn il-Polonja sabiex jieħu sehem fit-tielet diviżjoni tal-Euro Hockey Championship li se jsir fil-belt Pollakka ta’ Skierniewice bejn l-24 u d-29 ta’ Lulju li ġej.
Malta telgħet biex tilgħab f’Pool A flimkien ma’ Ġibilta’, il-Kroazja, il-Litwanja, is-Serbja u l-Polonja.
It-tim Malti kienu ilu għaddej b’diversi sessjonijiet ta’ taħriġ intensivi taħt il-kowċ Attard għal dawn l-aħħar xahar sabiex ikunu ppreparati għal dan it-tournament.
L-iskwadra magħżula minn Attard hi din:
Goalkeepers
Marvin Grixti, Aaron Spiteri
Difensuri
Joseph Cuschieri (captain), Luke Borg Costanzi, Lucas Plaehn, Luke Brincat, Leon Gatt, Charlo Sammut, Christian Sammut.
Midfielders
Thomas Degiovanni, Zachary Degiovanni, Silas Plaehn, Karl Chircop, Keith Calleja, Luke Bajada
Attakkanti
Chris Agius, Anton Saliba, Julian Zahra.
Il-Maltin jidħlu fl-azzjoni nhar it-Tnejn bl-ewwel logħba kontra Ġibilta’.