It-tim nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa rnexxielhom jikkwalifikaw għal-logħob tas-semi finali li qed isiru fid-Danimarka.
Bħalissa dan il-grupp ta’ 12-il tfajla qegħdin jipparteċipaw fiċ-Championship Ewropew tan-Nisa għall-Pajjiżi ż-żgħar.
Intant, illejla mistennija li jilgħabu kontra l-Lussemburgu.
F’każ li jirbħu, l-logħoba li jmiss tkun kontra d-Danimarka jew in-Norveġja.
Sadanittant, it-tim nazzjonali Malti tal-irġiel ukoll jinsab fis-semi finali taċ-Championships tal-pajjiżi ż-żgħar Ewropej liema logħob qiegħed jiġi organizzat f’San Marino fejn illejla mistennija li jilagħbu kontra Ġibiltà.
F’każ ta’ rebħa, it-tim tal-irġiel ikun imissu jilgħab kontra n-Norveġja jew l-Irlanda.