It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena rebaħ lill-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor ta’ 2-0.
Din il-partita kienet valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropej li se jsir fl-2023.
Malta marret fil-vantaġġ fid-49 minuta pemezz tad-Difensur Marcus Grima, waqt li t-tieni gowl wasal fl-aħħar mumenti tal-partita permezz ta’ Andrea Zammit.
Permezz ta’ din ir-rebħa issa Malta tinsab ir-raba’ fi Grupp Ċ, b’total ta’ sitt punti, fejn Malta qed taqbeż lill-Irlanda ta’ Fuq u l-Litwanja.