Fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, it-tim nazzjonali Malti rebaħ bl-iskor ta’ 3-1 kontra l-Andorra, f’logħba mill-UEFA Nations League.
Wara biss 3 minuti, Malta marret minn taħt hekk kif Marc Rebes skurja u l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 1-0 favur l-Andorra.
Fit-tieni taqsima, it-tim Malti rrisponda b’mod pożittiv, hekk kif fis-56 minuta, Malta ġabet l-iskor indaqs, wara korner mogħti minn Teddy Theuma, bil-plejer ta’ Emili Garcia tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess.
Tliet minuti wara, Malta marret fil-vantaġġ permezz ta’ Jurgen Degabriele.
Fl-aħħar minuti tal-logħba, il-plejer Malti Shaun Dimech skurja t-tielet gowl għat-tim nazzjonali Malti.
Din hija s-sitt logħba mingħajr telfa għat-tim nazzjonali Malti.
F’din ir-rebħa, pajjiżna fil-UEFA Nations League jinsab fit-tieni post bi tmien punti, żewġ punti taħt il-Gżejjer Faroe.
Intant, il-Prim Ministru Robert Abela fuq Twitter awgura lit-tim nazzjonali tal-prestazzjoni kontra l-Andorra. Il-Prim Ministru qal ukoll kif pajjiżna jinsab wara t-tim nazzjonali Malti.
Congratulations to @MaltaFA1900 national team 🇲🇹 for their sterling performance against #Andorra in the #UEFANationsLeague. One match to go – all of #Malta is behind you. – RA pic.twitter.com/rD15urkjWA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) November 14, 2020