It-tim nazzjonali Malti tal-futbol tal-Ispecial Olympics rebaħ il-medalja tad-deheb fin-National Game of Inclusion Tournament f’La Spezia, l-Italja. Dan wara li fil-logħba finali kontra Ġibilità, l-Maltin rebħu bi skor ta’ 1-0.
F’dan it-tournament ipparteċipaw seba’ pajjiżi oħra. Il-plejers tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol tal-ispecial olympics li l-età tagħhom hija ta’ bejn il-15 u 21 sena pparteċipaw fit-Tieni Diviżjoni u lagħbu total ta’ tliet partiti qabel il-partita finali.
Kien il-plejer Għawdxi, Carmelo Pace, li għamel l-iskor finali wara prestazzjoni tajba ħafna fil-partit preċedenti hekk kif Pace kien propju t-top scorer tat-tim Malti.
Għalhekk, it-taħriġ u d-dedikazzjoni tal-plejers ħalliet il-frott u tbissima fuq fommhom hekk kif irritornaw lura pajjiżna b’medalja tad-deheb.