It-tilqima tal-Pfizer għat-tfal ta’ bejn il-ħames snin u l-ħdax-il sena se tkun qed tibda tingħata minn ġimagħtejn oħra.
Dan tħabbar mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, waqt konferenza tal-aħbarijiet minn Brussell, l-Erbgħa waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Von der Leyen qalet kif dan it-tilqim għat-tfal se jkun qed jingħata mit-13 ta’ Diċembru li ġej.
Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Kummissjoni Ewropea appellat sabiex kulħadd jitlaqqam kontra l-Covid-19.