Skont rapporti li feġġew, l-ajruplan li ġġarraf fil-Pakistan fit-22 ta’ Mejju li għadda u li fih mietu 97 persuna kien riżultat ta’ żball uman mill-pilota u l-ekwipaġġ tal-air traffic control.
Il-Ministru tal-avjazzjoni Ghulam Sarwar Khan qal li l-piloti fallew milli jimxu mal-protokolli neċessarju u jidher li fil-ħin tal-aċċident kienu aljenati jitkellmu dwar il-Coronavirus.
Minn din it-traġedja salvaw biss żewġ passiġġieri.