Wara laqgħa tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ħareġ li d-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami se jkun kandidat fuq id-disa’ distrett.
Fuq dan id-distrett kienet tikkontesta Kristy Debono li fl-ewwel jum tal-kampanja flimkien ma tliet Deputati oħra, irtirat f’daqqa l-kandidatura tagħha u qalet li ma temminx f’miżuri nofs sajran.
B’rabta mal-fatt li flok Kristy Debono issa ħiereġ Beppe Fenech Adami, fi stqarrija l-Partit Laburista nnota li t-tiġdid ta’ Bernard Grech ifisser li flok Kristy Debono jidħol Beppe Fenech Adami.
Intqal li l-aħħar sigħat reġgħu kienu konferma li Bernard Grech huwa l-wiċċ tal-passat.
“Firdu partit, tħallihomx jifirdu pajjiż”, tenna l-Partit Laburista.