Bosta pajjiżi Ewropej oħra fosthom l-Awstrija, il-Kroazja, l-Isvizzera, il-Greċja u l-Maċedonja ta’ Fuq ħabbru l-ewwel każijiet tal-coronavirus.
Dawn il-każijiet ġodda rrapurtati jinvolvu persuni li riċentament kienu fl-Italja u rritornaw f’pajjiżhom.
Fi Franza ġie kkonfermat l-ewwel mewt kawża ta’ dan il-virus.
F’Nizza ġie mħassar l-għeluq tal-Karnival minħabba t-tixrid tal-virus.
L-Italja huwa l-aktar pajjiż Ewropew affettwat minn dan il-virus, s’issa b’aktar minn 300 każ u 12-il persuna irrapurtati li mietu b’dan il-virus.
Intant f’lukanda f’Tenerife fil-gżejjer Kanarji, riżultat li hemm nies infettati bil-coronavirus, turisti oħra għadhom maqbuda fil-lukanda ma jistgħux joħorġu.
Intant il-Brażil irrapporta wkoll l-ewwel każ tal-coronavirus ta’ Brażiljan li rritorna mill-Italja.
L-għaqda dinjija tas-saħħa qalet li issa hemm iżjed każijiet tal-coronavirus madwar id-dinja milli fiċ-Ċina biss.