Meta kellha biss ħames snin, Isabelina Pinto nħatfet mir-residenza tagħha minn suldat Indoneżjan. Hi kienet waħda fost l-eluf li nħatfu, waqt il-ħakma brutali li damet 30 sena f’East Timor. Diċenji wara, hi sabet lill-familja tagħha u qed taħdem biex tgħaqqad tfal oħra mal-familji tagħhom.
Waqt li bdiet tirrakkonta dak li ġara, Isabelina qalet li dak il-jum hu jum li qatt m’hi se tinsa fejn qalet li tiftakar sew meta s-suldat daħal u beda jgħajjat “jekk minix se nieħu lil din it-tifla, se noqtolkom kollha.” Hi spjegat kif dan is-suldat għamel hekk għax ma kellux tifla u xtaq ħafna li jkollu waħda.
Kien propju ftit wara li hi qalet li ndunat li ma kinitx sejra lura d-dar u bdiet tibki u tibki. Is-suldat minn hemm beda jgħoddsa taħt l-ilma fejn meta mistoqsi mill-kollegi tiegħu għalfejn beda jagħmel hekk, hu qalilhom “sabiex tinsa lil dan il-post.”
Iżda ma nesietux.
Illum il-ġurnata Isabelina qed taħdem sabiex tgħaqqad lil dawn it-tfal li nħatfu meta kienu żgħar flimkien mal-familji tagħhom, ħdima li hi tgħid timxi ‘l quddiem.