Tifla ċkejkna Ċiniża għaddiet minn esperjenza li żgur la hi u lanqas familtha mhu se jinsew: weħlet fil-washing machine.
Kellhom ikunu l-interventi tal-membri tat-tifi tan-nar li ħarġu lit-tifla. Dan wara li falla sforz kbir biex jiġbduha ‘l barra, kellhom iqattgħu l-washing machine biċċiet. Sa dak il-ħin, it-tifla ta’ sentejn kienet fi stat ta’ paniku. Żgur li qatt aktar mhi se se tersaq lejn washing machine biex tilgħab.
It-tifla spiċċat fl-aħbarijiet madwar id-dinja.