Mistieden fuq il-podcast ta’ Ricky Caruana, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla jħawwad u jipprova jostor il-mod kif ħallas dak dovut minnu f’eluf kbar f’taxxa u VAT, li kien qed jevadi, waqt li reġa’ involva lil ibnu li, f’età tenera, impossibbli kellu ammonti ta’ flejjes taħt rasu.
Waqt li ġie mistoqsi dwar diversi suġġetti, inkluż kif għal snin sħaħ evada t-taxxa, Bernard Grech ukoll ittanta jħawwad dwar il-perjodu meta tħallsu.
Hu fatt magħruf, kif anke rrapportat f’midja indipendenti, li Bernard Grech ħallas mas-sittin elf ewro f’taxxa u VAT b’lura biex jgħatti xturu u għamel dan biss wara li kien diġà wera l-interess tiegħu għall-kariga ta’ Kap Nazzjonalista fl-2020.
Il-Kap Nazzjonalista kien naqas milli jissottometti d-dokumenti tal-VAT għal tliet snin sħaħ, waqt li wkoll kien iddikjara dħul ferm inqas minn dak li qala’.
Iżda fuq dan il-podcast, imxandar din il-ġimgħa, Bernard Grech evidentement gideb meta qal li ħallas it-taxxa ferm qabel daħal għall-politika.
“L-ewwel ħaġa jien irregolarizzajt il-pożizzjoni tiegħi ħafna qabel dħalt fil-politika.”
Kap tal-PN, Bernard Grech
Dwar din l-evażjoni tat-taxxa u l-VAT klamoruża minn Bernard Grech, il-mistoqsija u d-dubju ta’ ħafna jibqgħu minn fejn ġabhom biex ħallas f’daqqa dak dovut lid-Dipartiment tat-Taxxi.
“Fuq din tat-tifel, anke din hu, anke din hu, jiġifieri l-ewwel ħaġa jiena kelli flus u t-tieni jekk it-tifel tiegħi kont ħallastlu xi ħaġa u qed jagħtihomli lura u għedtlu tihomli ħa neħlishom, f’dak is-sens tahomli t-tifel mhux għax silifhomli.”
Kap tal-PN, Bernard Grech
It-tifel minn żewġ ulied tal-koppja Grech illum jgħodd 26 sena. Li jfisser li, meta missieru paċa d-djun finanzjarji personali għax, skontu, ħallaslu mas-€60,000 f’taxxi dovuti, dan kien għad għandu biss 22 sena.
Dan mhuwiex l-uniku gideb minn esponenti tal-Partit Nazzjonalista li smajna bih f’dawn l-aħħar jiem.
Din il-ġimgħa stess, dak li proprjament poġġa lil Grech fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista, l-eks Deputat u Avukat tal-għaqda Repubblika, Jason Azzopardi, ammetta fil-Qorti li kien gideb b’mod flagranti kontra s-Segretarju tal-Kabinett, Ryan Spagnol.