L-Għaxaq Music Festival 2024 ta’ din is-sena mistenni jkun l-akbar wieħed li qatt sar hekk kif, għall-ewwel darba f’Malta, se naraw lill-BritFloyd, tribute band rinomata tal-Pink Floyd, u magħha se jkun hawn mistieden speċjali Harry Waters, it-tifel tal-fundatur tal-Floyd, Roger Waters.
Harry Waters, pjanista eċċezzjonali, se jkun qed jingħaqad magħhom għal wirja spettakolari fil-festival mużikali Għaxqi nhar il-31 ta’ Lulju li ġej.
Magħruf għall-prestazzjonijiet mill-aqwa u l-wirt mużikali għani tiegħu, Harry dar diversi kunċerti ma’ missieru, biex b’hekk ikompli jwassal il-mużika ta’ Pink Floyd mas-segwaċi kollha madwar id-dinja.
Il-kunċert ta’ darba tal-BritFloyd jwiegħed li jkun ċelebrazzjoni spettakolari tal-mużika dejjiema tal-Pink Floyd.
BritFloyd kisbet popolarità kbira madwar id-dinja kollha b’attenzjoni metikoluża għad-dettall u wirjiet ta’ dawl spettakolari. Iż-żieda ta’ Harry Waters se tgħolli l-kunċert f’livell ġdid u se toffri lill-ammiraturi kollha opportunità rari biex jesperjenzaw il-maġija tal-mużika ta’ Pink Floyd.
Dawk kollha li jixtieq jattendu għall-kunċert fil-31 ta’ Lulju jistgħu jiksbu l-biljetti minn fuq showshappening.com.
Għal dan il-festival, diġà tħabbru wkoll żewġ kunċerti oħrajn kbar, dak mill-artist Ronan Keating u l-ieħor minn Julian Marley.