Dan ir-ritratt ta’ qsim il-qalb sar famuż, pero kien ikun aħjar kieku ma sarx. Juri tifel ta’ ftit snin jibki kemm jiflaħ f’karozza wara li tħalla waħdu mentri ommu ħarġet ma’ kollegi tax-xogħol.
L-inċident seħħ f’Schaffhausen, l-Iżvizzera. Meta dawk li nġabru madwar il-karozza raw l-istat imwerwer li kien jinsab fih it-tifel, qamet kommossjoni kbira.
Il-Pulizija kellha tintervjeni u ssejjaħ persuni tekniċi biex joħorġu lit-tifel li kien imsakkar f’parkeġġ. Iżda qabel laħqet waslet din l-għajnuna, irritornat l-omm ta’ 25 sena. Kien hemm xeni ta’ rabja kbira, fejn raġel saħansitra għamlilha ħsara fil-karozza, sforz kemm kien irrabjat.
Il-mara qed taffaċja akkużi relatati ma’ traskuraġni ta’ binha, filwaqt li hi rrapportat lir-raġel li għamlilha ħsara lill-karozza.