- Kif għandna nħarsu lit-tfal mill-perikli moderni, bħal per eżempju dawk fid-dinja online?
- Kif ngħallmuhom biex jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa?
- Kif nintebħu bis-sinjali li jkunu fil-periklu?
- X’għandna nagħmlu jekk it-tfal isibu ruħhom f’sitwazzjoni li tpoġġihom fil-periklu?
Mistoqsijiet li se jkunu mwieġba waqt diskussjoni pubblika għall-adulti, dwar kif jipproteġu lit-tfal mill-perikli tad-dinja tal-lum.
Din qed tiġi organizzata mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali u l-Korp tal-Pulizija flimkien mal-Parroċċa taż-Żejtun nhar it-Tlieta, 10 ta’ Jannar fis-19:00 fis-sala tal-Parroċċa, Triq San Girgor, iż-Żejtun.
Flimkien ma’ espert Ingliż dwar is-sigurtà tat-tfal u oħrajn mill-Pulizija Maltija, se jkunu esplorati dawn il-mistoqsijiet. Se jingħata spazju għall-parteċipazzjoni ta’ dawk li jkunu jixtiequ jaqsmu l-fehma tagħhom jew jagħmlu xi mistoqsija.
L-attività qed issir fl-istess jum li fih se tiġi inawgurata uffiċjalment f’Malta l-AMBER Alert System, sistema nazzjonali ta’ allert dwar każijiet ta’ tfal neqsin li jkunu fil-periklu u ta’ ħtif ta’ tfal.
Biex tibbukkja post tista iċċempel lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fuq 25689135.