Bħalissa qed tinħadem produzzjoni oħra tas-serje tat-televiżjoni Ingliża ‘Madame Blanc’, li mistennija tħalli f’pajjiżna madwar €2.3 miljun.
Il-produzzjoni, b’xeni ta’ attività u investigattivi, qed tinġibed f’diversi postijiet, fuq medda ta’ 11-il ġimgħa f’Għawdex u ġimgħa f’Malta.
Din hija t-tieni darba li din il-produzzjoni qed tiffilmja f’pajjiżna f’inqas minn sena.
‘Madame Blanc Season 2’ huwa mistenni li joħroġ għall-pubbliku lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Il-Kummissarju għall-Films, Johann Grech, qal li dil-produzzjoni ġabet madwar 100 impjieg lokali b’investiment u ġid ekonomiku li qed jitgawda anke f’Għawdex.