Ħafna segwaċi u ammiraturi tas-sensiela JACKPOT 4 kienu kirjużi jekk hux se jixxandar it-tieni staġun ta’ din is-sensiela, wara li l-ewwel staġun li xxandar bejn Ottubru u Diċembru 2022 fuq ONE ġibed eluf ta’ segwaċi. Din il-ġimgħa permezz tal-mezzi soċjali, l-produtturi DBA Entertainment ħabbru li t-tieni staġun ta’ JACKPOT 4 se jkun qed jixxandar mill-iskeda ta’ Jannar 2024 fuq ONE.

”Wara li smajna ħafna u ħafna spekulazzjonijiet hemm barra, nistgħu ngħidulkom li Jackpot 4 ser jerġa’ jkun lura magħkom bit-tieni staġun minn Jannar li ġej, fuq l-istazzjon ONE. Preparaw ruħkom għal episodji ġodda tal-ġenn”
IL-PRODUTTURI TA’ JACKPOT 4

Intant fuq https://one.com.mt/series/jackpot4/ tista’ terġa ssegwi l-ewwel 11-il episodju tal-ewwel staġun.