L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kiseb it-tieni post minn fost l-ajruporti Ewropej fl-istħarriġ dwar il-Kwalità tas-Servizz fl-Ajruporti ta’ Airports Council International (ACI).
Din il-kisba hija aktar sinifikanti meta wieħed iqis li s-sena li għaddiet it-terminal kien fi stat ta’ żvilupp permezz tal-Proġett ta’ Rikonfigurazzjoni tat-Terminal tal-kumpanija, li għamel l-għoti ta’ servizz eċċellenti kompitu kemxejn aktar diffiċli iżda mhux impossibbli.
Dan huwa l-ogħla punteġġ li qatt kiseb l-ajruport f’dan l-istħarriġ jindika titjib f’kemm il-passiġġieri huma sodisfatti .
Aktar investiment fit-terminal fl-2018 ser jikkontribwixxi għal esperjenza mtejba mill-MIA.
ACI ħabbar ir-rebbieħa tal-istħarriġ tiegħu għall-2017 wara li 343 ajruport madwar id-dinja ġew iġġudikati millpassiġġieri li użawhom matul is-sena