Gordon Manché ressaq it-tieni lment kriminali wara li attur komiku ċċajta dwaru.
Daniel Xuereb qal li rċieva taħrika għal żewġ akkużi: talli insulta lil Manché, u talli uża ħażin tagħmir elettroniku. Manché ressaq l-ilment kriminali dwar Xuereb fl-għassa tal-Imsida.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’hekk Xuereb huwa t-tieni artist din is-sena li qed jaffaċċja akkużi kriminali minħabba Manché.
F’Jannar, Matthew Bonanno, sid il-paġna satirika Bis-Serjeta, kien mixli b’theddid online wara li implika li l-grupp evanġeliku River of Love għandu jiġi bbumbardjat.