Illum, għall-ħabta tal-għaxra u nofs 10.30a.m, Svediż ta’ 21 sena ġarrab xi ġrieħi f’St Peter’s Pool.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li dan il-ġuvni sofra xi ġrieħi wara li qabeż fil-baħar. Fuq il-post issejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien mal-ambulanza li assistew lill-ġuvni.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Għalkemm il-ġuvni mhux fil-periklu li jitlef ħajjtu, il-kundizzjoni medika tiegħu għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Birżebbuġa ghadhom għaddejjin.