Illum, waqt il-programm Pjazza, tkompli sfida għaxra. Sfida li qed tara l-produzzjoni ta’ Pjazza tilħaq il-mira li tiġbor €10,000 għall-Partit Laburista fil-ħames edizzjonijiet tul din il-ġimgħa.
“Meta tqis li għandek inqas siegħa kuljum mhix faċli. Iżda, aħna għandna fiduċja fil-programm u t-telespettaturi,” qal Aleander Balzan, Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista. Fisser kif fl-ewwel jum kien hemm bidu tajjeb iżda baqa’ sforz xi jsir biex l-isfida għaxra tkun suċċess.
Ilejla, l-preżentatur Karl Stagno Navarra għandu programm ieħor tajjeb ħafna mħejji fejn fost il-mistiedna se jkun hemm id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne. Ladarba jibda l-programm u jidhru n-numri t-telefonati jkunu jistgħu jibdew deħlin.
Dawk li ħadu sehem fl-ewwel programm ilbieraħ qed ikunu mħeġġa jgħidu lil sħabhom lil qrabathom biex huma wkoll jagħtu donazzjoni. Għax kif jgħid il-Malti, l-għajta nofs il-bejgħ u dawk li diġa’ taw il-flus jistgħu jgħinu wkoll billi jagħmlu share tal-programm li fis-sitta u nofs tal-lejla jkun dirett fuq il-Facebook tal-Partit Laburista.
Hawn taħt tista’ tara l-programm Pjazza li ntwera l-bieraħ fejn tnediet uffiċjalment SFIDA GĦAXRA.