Il-Malta Military Games 2025 organizzati mill-Forzi Armati ta’ Malta se jirritornaw fit-tieni edizzjoni tagħhom bejn illum il-Ġimgħa u l-Ħadd li ġej fil-Luqa Barracks.
Din is-sena, l-avveniment mistenni jkun saħansitra akbar minn dak tas-sena l-oħra b’taħlita qawwija ta’ kompetizzjoni ta’ eżerċizzju ta’ livell għoli. Aktar minn 150 atleta, fosthom timijiet militari lokali u internazzjonali, se jikkompetu f’sitt rawnds intensivi ta’ kompetizzjonijiet ta’ taħriġ.
Minbarra hekk, se jkun hemm varjetà ta’ attivitajiet, bħal wirjiet, stalls tal-ikel u x-xorb, dawk iddedikati speċifikament għat-tfal u esebizzjonijiet minn diversi entitajiet.
Il-viżitaturi se jkollhom iċ-ċans li jgawdu spettaklu ħaj waqt li jappoġġjaw kawża verament importanti. Fil-fatt il-qligħ kollu se jmur b’mod dirett biex jgħin lill-Fondazzjoni Puttinu Cares, li taħdem favur tfal u adulti morda.
L-avveniment jiftaħ illejla bejn is-6:00 u d-9:00, waqt li jkompli għada s-Sibt mid-9:00 a.m. sat-8:00 p.m. u l-Ħadd mid-9:00 a.m. sas-6:00 p.m.