It-tieni kunċert ‘Summer Vibes’ se jittella’ nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Awwissu fi Triq il-Kbira, il-Ħamrun mit-8:00 ta’ filgħaxija ’l quddiem. Din is-sena se jara l-parteċipazzjoni tal-grupp popolari Malti ‘The Travellers’, id-DJ u kantanta famuża internazzjonali Christina Novelli u d-DJ lokali Zrinz.
Il-kunċert hu aċċessibbli għal kulħadd b’xejn u se jkun hemm stands bl-ikel u bix-xorb għal kull min jattendi.
Il-kunċert, organizzat mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906, qed jittella’ bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti, Visit Malta, Easygas Malta, il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, JPortelli Projects, Cisk, Kinnie, National Lottery, Ta’ Fonzu, Carisma, FX Garage, RVC u Besteam Audio.
Parkeġġ se jiġi pprovdut fl-iskola Marija Reġina, fi Triq Schembri, qrib l-Istadium Victor Tedesco.