Fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi ppubblikata t-tieni edizzjoni ta’ Aviation Malta; pubblikazzjoni li tippromwovi s-settur tal-avjazzjoni f’Malta bil-għan li tesebixxi l-ħidma li qed issir f’dan il-qasam f’pajjiżna.
Katherine Halstead, id-Direttur Maniġerjali u waħda mill-imħuħ wara l-pubblikazzjoni, stqarret li t-tieni edizzjoni ta’ Aviation Malta se tiffoke fuq id-drones u t-taħriġ għall-bdoti.
Halstead spjegat li bħalissa hemm minn tal-inqas tlett elef persuna li jirċievu din il-pubblikazzjoni.
Spjegat, “It was put together to promote the aviation industry not just the 9H-Register but all the supporting industries around it which is maintenance, repair and overhaul, training and even corporate service providers. It’s a really diverse industry. This edition will be coming out in a few weeks. It’s going to be focused on drones, training as we’ve just seen here with the simulator and welcoming the new AOC to the 9H-Register.”
F’konferenza tal-aħbarijiet fil-binja ta’ Simliner Malta, li ta’ kuljum tara numru ta’ persuni jagħmlu użu minn simulatur għat-taħriġ, il-Ministru Ian Borg tenna li s-settur tal-avjazzjoni ħa daqqa liema bħala minħabba l-pandemija.
Iżda minkejja l-isfidi, il-Ministru sostna li għandna storja ta’ success x’nirrakkontaw hekk kif Malta tibqa’ destinazzjoni li tattira n-nies.
Qal kif, “Hija pubblikazzjoni illi tiġbor fiha direttorat pjuttost vast. Il-Gvern se jkompli jagħti l-appoġġ lil min jieħu ħsieb din il-pubblikazzjoni ma’ diversi industriji. Illum kellna hawnhekk opportunità niġu f’dan is-simulatur ta’ Avion Group fejn għandek taħriġ kontinwu għaddej tal-linji tal-ajru nkluż tal-linja nazzjonali.”