Fl-okkażjoni tat-tieni anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Marzu 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Mons. Mercieca.
Din ser issir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun, il-parroċċa fejn miet, fis-6pm.
L-Insara huma mistiedna jattendu għal din il-Quddiesa u jkomplu jitolbu għal Mons. Ġużeppi Mercieca li miet fil-21 ta’ Marzu 2016, fl-età ta’ 87 sena.