Fin-nirien qawwija li qegħdin jaħkmu lill-Kanada, inħasdet il-ħajja tat-tielet pumpier sa issa.
Dawn in-nirien qed ikunu kkunsidrati bħala l-agħar li qatt ħakmu lill-pajjiż.
Dan il-pumpier jingħaqad ma’ tnejn oħra li tilfu ħajjithom jissieltu man-nar aktar kmieni u bdot ta’ ħelikopter li wkoll miet wara li ġġarraf f’operazzjoni ta’ tifi tan-nar fil-provinċja ta’ Alberta.
Qed ikun smtat li n-nirien qawwija fil-Kanada ħakmu madwar tletin miljun ettaru ta’ art, aktar mill-art li għandhom il-pajjiżi tal-Korea t’Isfel jew Kuba.