Ħalla Malta lejn il-Portugall grupp ieħor ta’ immigranti li daħal f’Malta fuq il-bastiment MV Lifeline lura fis-27 ta’ Ġunju.
Dan hu r-raba’ grupp li ħalla Malta hekk kif fil-5 ta’ Lulji 51 immigrajt marru lejn Franza u fil-15 ta’ Lulju grupp ieħor mar lejn il-Lussemburgu fejn madwar ġimgħa ilu ħalla grupp ieħor lejn l-Olanda.
Dan wara li b’inizjattiva tal-Prim Ministru Joseph Muscat intlaħaq il-ftehim addattat biex l-immigranti jitqassmu bejn Malta, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Belġju.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-Prim Ministru tal-Portugall António Costa talli kkopera u ħadem id f’id tul dan il-ftehim dwar il-migrazzjoni.
Thank you @antoniocostapm for participating in #Lifeline ad hoc distribution mechanism. #Migrant group has just left for #Portugal -JM pic.twitter.com/bHm3p8jJii
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) July 29, 2018