Jesper Kristiansen, it-tielet raġel li jinsab mixli bil-qtil doppju f’Tas-Sliema, f’Awwissu ta’ sentejn ilu, se jkun qed jgħaddi ġuri wara li tpoġġa taħt att ta’ akkuża.
Kristiansen, li huwa Daniż u li għandu 31 sena, ġie estradit lejn Malta minn Spanja f’Novembru tal-2020.
Il-vittmi f’dan il-każ, Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski, inqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar. L-omiċidju seħħ waqt pjan ta’ serqa fir-residenza tagħhom f’Tas-Sliema.
Dwar dan il-każ ta’ omiċidju se jgħaddu ġuri wkoll Daniel Muka u Viktor Dragomanski, wara li nstabu biżżejjed provi kontrihom biex jgħaddu ġuri.