Permezz ta’ stqarrija l-Palazz Kensington ħabbar li d-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, William u Kate qed jistennew it-tielet tarbija tagħhom.
Minħabba ċ-ċirkostanzi li ġġib magħha t-tqala, bħal ma kellha fiż-żewġ tqaliet ta’ qabel, Kate kella tħassar pjanijiet li kellha f’Londra llum.
Din it-tarbija se tkun it-tielet wild tagħhom dan hekk kif huma diġà għandhom żewġt itfal, George u Charlotte.