Kulħadd jaf li t-tieġijiet jiswew il-flus. Wieħed jgħid, aħseb u ara t-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle.
Persuni nvoluti fl-organizzar tat-tieġijiet saħqu li t-tieġ irjali li se jsir fid-19 ta’ Mejju jista’ jlaħħaq mal-1.4 miljun sterlina Ngliża jew iżjed. Il-prezz totali mistenni jkompli tiela’ anke minħabba s-sigurtà li se jkun hemm preżenti.
Madanakollu, dan it-tieġ xorta waħda mhux qed jiġi kkunsidrat bħala wieħed li se jiswa ħafna flus meta mqabbel ma’ tieġijiet oħra rjali jew ta’ ċelebritajiet simili li saħansitra ġieli qabżu l-10 miljuni.
Tant u hekk, li l-koppja mistennija tagħmel affarijiet li tixtieq hi fil-jum għażiż għalihom u tmur lil hinn mill-protokol fosthom kejk tal-lumi u anke l-fatt li l-mistiedna se jieklu minn skutella u bil-wieqfa, mhux ikla bil-qiegħda kif imodrrijin naraw f’tieġijiet rjali.