Ix-xogħol fuq il-mina taħt l-art bejn l-impjant tar-reverse osmosis f’Pembroke u l-grupp ta’ ġibjun f’Ta’ Qali għaddej b’ritmu tajjeb tant li tħaffir wasal f’nofs triq.
Rapport fil-gazzett Kullħadd fil-fatt jispjega kif il-proġett ta’ tħaffir ta’ mina ta’ 9.5km għandu l-għan li jtejjeb it-togħma tal-ilma tax-xorb f’ħafna miż-żoni madwar Malta. Dan apparti li jsaħħaħ l-effiċjenza fl-operat u sostenibiltà ambjentali.
Dan il-proġett ta’ €16-il milju , li mistenni jibda jiffunzjona fl-2022, se jgħaqqad l-akbar reverse osmosis li għandu l-pajjiż bħalissa ma’ ta Qali bil-pajp ewlieni b’dijametru ta’ 1.2 metri.
Dan il-proġett se jassigura wkoll li t-taħlit tal-ilma mir-reverse osmosis isir b’anqas konsum tal-elettriku
L-ilma trasferit mir-reverse osmosis ta’ Pembroke se jitħallat ma’ ilma tal-pjan fil-grupp ta’ ġibjuni f’ Ta Qalu stess, fejn jiġi ttestjat u finalment ittrattat biex jiżgura taħlita ta’ kwalità aħjar.
Il-Ministru għall-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia żar il-lant tax-xogħol fuq il-proġett flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Ivan Falzon. Hawnhekk il-Ministru spjega li l-proġett huwa parti minn investiment bla preċendet li l-korporazzjoni qed tagħmel fil-qasam.
Il-Ministru Farrugia sostna: “Il-mina bejn Pembroke u Ta’ Qal , investiment ta’ €16-il miljun ili parti sostanzjali minnu hija fundjata minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Riżultat ta’ dan l-impjant ħa nkunu qed intejbu l-kwalità tal-ilma li tasal għaċ-ċentru ta’ Malta. Apparti dan il-proġet, il-proġetti l-oħra li se jkunu għaddejjin se jkunu imiratti biex pajjiżna ikollhu ilma ta’ kwalità għolja.”