F’attivita’ li saret f’Ċentru Tbexbix, Bormla, ingħata bidu ta’ proġett interġenerazzjonali li se jkun qed jorganizza attivitajiet bejn l-anzjani u t-tfal bl-għan li jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.
Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-fondi għall-volontarjat li ngħataw mill-Gvern Malti. L-attivitajiet li jtella ċentru ta’ Xbiex huma bbażati fuq l-element tal-kreattività u li wieħed ikun jista’ joħroġ il-potenzjal tiegħu.
Il-proġett interġenerazzjonali huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu għal din l-NGO u l-għan prinċipali huwa li l-esperjenzi taż-żewġ ġenerazzjonijiet jintegraw. Bit-tfal zgur għandhom ħafna x’jitgħallmu mill-anzjani u l-anzjani jitgħallmu u jifhmu l-ġenerazzjonijiet li telgħin.
Il-Ministru għad-djalogu soċjali, affarijiet tal-konsumatur u libertajiet ċivili, Helena Dalli, faħħret din l-inizjattiva u spjegat li l-fondi li qed jingħataw qed jissarfu f’ġid għall-kommunita’.