Żgur mhux forsi li bosta huma dawk il-ġenituri li jsitgħu jifhmu meta wieħed jgħidilhom li t-tifel jew it-tifla tagħhom ma jieħdux gost imorru għand il-barbier jew il-persuna li taqta’ x-xagħar u jinfexxulhom jibku u jogħxew.
Iżda dan il-barbier li għandu l-ħanut fin-Naxxar iddeċieda li jmur pass oltre u għamel siġġu forma ta’ karozza li fiha t-tfal jistgħu jpoġġu fiha u jħossuhom aktar komdi u forsi inqas konxji li waslu għand il-barbier.
Kienet persuna li poġġiet ritratt fuq il-mijdja soċjali fejn irringrazzjat lil dan il-barbier hekk kif waqt it-tifel tagħha mar għal żjara għandu, l-barbier offrielu tablet u kif ukoll ħelu. Sostniet li s-soltu jinfex jibki kif jidħol għand tax-xagħar iżda din id-darba verament ħa gost.