Min jaf kemm il-darba l-ġenituri jħeġġu lil uliedhom biex jaqraw mhux biss matul is-sena skolastika iżda anke matul il-ġranet tas-Sajf. Kampanja organizzata minn l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu kellha l-għan li tħeġġeġ lit-tfal li mhux biss jaqraw matul is-sena skolastika iżda anke għall-gost.
Dan is-sajf aktar minn 11,500 tifel u tifla, li attendew SkolaSajf, ħadu sehem fil-kampanja f’din il-kampanja li matula ġew organizzati sessjonijiet ta’ qari flimkien fiċ-ċentri ta’ SkolaSajf f’Malta u Għawdex.
Dawn is-sessjonijiet ta’ qari ngħataw minn 68 animatur li tħarrġu mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Barra minn hekk, it-tfal li jeħtieġu l-għajnuna fil-qari ssieħbu fi Klabbsajf u segwew programm ta’ qari ggwidat. Dawn is-sessjonijiet ta’ Qari Gwidat ingħataw minn 20 tutor tal-programm Nwar fi 13-il ċentru.
Iniżjattiva oħra kienet dik tal-Libreriji Maltin li estendiet il-ħinijiet tal-ftuħ ta’ 12-il librerija pubblika, u d-Dipartiment Servizzi għall-istudent fetaħ 20 librerija tal-iskejjel medji u sekondarji.