Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, appellat għal iżjed prijorità lit-tfal. Waqt l-inawgurazzjoni ta’ żona ġdida għat-tfal fil-FunPark ta’ Playmobil f’Ħal Far, stqarret li inizjattivi bħal dawn ipoġġu l-interess tat-tfal fuq quddiem u jgħinu biex ikollna soċjetà iżjed b’saħħitha. Fiż-żjara tagħha hija semgħet x’għandhom xi jgħidulha t-tfal.
Il-President tkellmet mal-maniġment u ħaddiema tal-Playmobil, liema kumpanija tħaddem aktar minn elf persuna u li ilha topera f’pajjiżna mill-1971.