Din is-sena, it-tfal jistgħu jimpustaw l-ittri tagħhom lil Santa Klaws fil-Kaxxa tal-Ittri magħmula biex it-tfal jiktbu x-xewqat tagħhom lil Santa Klaws u jistaqsuh biex jiġi u jħallilhom ir-rigali taħt is-Siġra tal-Milied. Din il-kaxxa tinsab fejn dak li qed jiġi msejjaħ bħala l-Uffiċċju Postali temporanju ta’ Santa Klaws, faċċata tal-Qorti fi Triq ir-Repubblika’ fil-Belt Valletta.
Djar tal-pupi, video games, soft toys, ‘saħħa u mħabba’ huma ftit mill-ħafna talbiet li Santa Klaws qiegħed jirċievi mingħand it-tfal Maltin dan il-Milied. Il-Maltapost spjegat li sabiex inkomplu nuru lit-tfal li l-Milied ma jiġix biss biex nirċievu r-rigali, imma huwa żmien fejn nagħtu lil dawk li huma fil-bżonn, parti mill-ħlas li se jinġabar mill-applikazzjonijiet għall-ittra ta’ Santa Klaws se jingħata lill-Inspire.
Din l-attivitá se tibqa’ għaddejja sal-24 ta’ Diċembru fejn it-tfal jistgħu jieħdu ritratt ukoll ma’ Santa Klaws.
Għal iktar informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ MaltaPost għal dan il-Milied u biex tapplika għall-ittra mingħand Santa Klaws, tista’ żżur: www.maltapost.com/christmas2016.