Bħalissa f’Ħad-Dingli qed isir pellegrinaġġ tat-tfal bir-roti li jsir għal festa ta’ Santa Marija Assunta.
Din hija tradizzjoni Dinglija u ta’ kull sena t-tfal ilestu r-roti tagħhom biex jagħmlu dan il-pellegrinaġġ.
Iżda din mhijiex tradizzjoni li tattira biss it-tfal iżda ġġedded ukoll il-memorji tal-adulti li meta kienu ċkejknin kienu ukoll jieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ.
Iddoqq ukoll il-banda tar-raħal, l-għaqda mużikali Santa Marija, u fil-pellegrinaġġ ikun hemm ukoll statwetta żgħira tal-banda.
Il-pellegrinaġġ jintemm fil-mużew tas-subien b’quddiesa.