Minkejja li m’ attendiex l-attivitá organizzata mill-vlogger Nas Daily u l-Awtoritá tat-Turiżmu, li saret ilbieraħ filgħaxija fi Pjazza Tritoni, il-Ministru Owen Bonnici sellem lil Nas permezz ta’ vidjow flimkien ma’ għadd ta’ tfal li kien preżenti fosthom. Fil-vidjow it-tfal jidhru jgħidu s-slogan li ħareġ bih dan il-vlogger u li kiseb popolaritá kbira fi ftit jiem; “Oh My Malta”.
Dan seħħ waqt attivitá li organizza l-istess vlogger matul il-jum tas-Sibt fi Pjazza Tritoni fejn għamel sfida miegħu nnifsu li jirnexxielu jiċċelebra dan il-mument f’pajjiżna flimkien ma’ mqar wieħed fil-mija tal-popolazzjoni Maltija.
Attivitá li bis-sostenn tal-Awtoritá tat-Turiżmu u l-konkorrenza t’eluf ta’ persuni fi Pjazza Tritoni, kienet waħda ta’ suċċess kbir.
Hey @NasDaily1, could not make it this evening to #Valletta but we are sending you this clip! That’s less than a minute 😉 #OhMyMalta! pic.twitter.com/R55m6ZCxhV
— Owen Bonnici (@OwenBonnici) April 14, 2018